Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Sit Uffiċjali
Aħbarijiet
16-10-2019
Laqgħa Ġenerali Annwali
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2019 ser issir fil-Każin nhar is-Sibt, 19 ta’ Ottubru fis-7.15pm. Il- votazzjoni tibda wara l-laqgħa u tkompli l-għada l-Ħadd. Jekk fil-ħin avżat ma jkunx hemm Quorum, il-laqgħa tibda kwara wara bin-numru ta’ membri preżenti.
Aġenda:
• Qari tal-minuti
• Rapport Amministrattiv
• Rapport Finanzjarju
• Mozzjonijiet u/jew Emendi
• Ħatra ta’ Kumitat
• Ħwejjeġ Oħra
Il-Kummissjoni Elettorali tilqa’ nominazzjonijiet għall-Kumitat 2019/20 minn nhar it-Tnejn, 7 ta' Ottubru. L-applikazzjonijiet għandhom jintefgħu fil-kaxxa s-sewda fis-sala tal-biljard sa nhar it-Tlieta, 15 ta' Ottubru fis-7.30pm.
________________________________________________________________________________________________________________
Mozzjonijiet/Emendi għall-Istatut
Is-Segretarju jilqa’ nominazzjonijiet għall-Mozzjonijiet/Emendi għall-Istatut sabiex jitressqu għall-approvazzjoni tal-membri waqt il-Laqgħa Ġeneral Annwali ta’ nhar is-Sibt, 19 ta' Ottubru.
Dawn in-nominazzjonijiet għandhom jintefgħu fil-kaxxa s-sewda (fis-sala tal-biljard) sa nhar it-Tlieta, 15 ta' Ottubru fis-7.30pm.
30-11-2017
Miżata għas-sena 2018
Bħalissa qiegħda tinġabar il-miżata għas-sena ta’ sħubija 2018 tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq.
Tistgħu tagħmlu dan billi tavviċinaw lis-Sur Charlie Vella - Teżorier, lis-Sur Dorian Tanti – Asst. Teżorier jew xi membru tal-Kumitat Ċentrali.
Tingħataw membership card u kalendarju bħala tifkira.
Grazzi!
30-11-2016
Tagħlim tal-Mużika b'xejn
Kun kburi u agħmel parti mill-ewwel banda fiż-Żurrieq
Ħajjar lil uliedek jitgħallmu llum
Għal iktar informazzjoni ibgħat imejl lil banda@talkarmnuzurrieq.org