top of page

               Ritratti 2020               

               Ritratti 2022               

25.jpg

Il-Ġimgħa, 30 ta' Diċembru 2022

Kunċert tal-Aħħar tas-Sena

Dan il-kunċert sar fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat. Il-Patrijiet Agostinjani bi pjaċir reġgħu laqgħu lil Queen Victoria Ensemble u l-Freshman Project biex jesegwixxu siltiet mużikali bit-tema tal-Milied. Is-siltiet kollha ntlaqgħu tajjeb speċjalment meta dawn inkludew is-sehem tal-udjenza numeruża preżenti.

Grazzi lil Patrijiet Agostinjani u lil Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria talli bejniethom taw dan ir-rigal lil poplu Mal
ti qabel il-bidu ta-sena l-ġdida.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia.

13.jpg

It- Tlieta, 27 ta' Diċembru 2022

Party tal-Milied għat-Tfal

Dan il-party ġie organiżżat tajjeb ħafna mis-Sezzjoni Nisa Karmelitani. Kien mimli entużjażmu tat-tfal li attendew. DJ Roderick Borg, il-Magician u fl-aħħar anke l-Christmas Father komplew iżidu mal-ferħ tat-tfal. It-tfal kollha ħadu magħhom id-dar rigali w ħelu sbieħ u tajbin.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia.

23.jpg

Is- Sibt, 17 ta' Diċembru 2022

Kunċert tal-Milied

Kunċert mill-Queen Victoria Ensemble, flimkien mal-Freshman Project li sar fis-Sala Madonna tal-Karmnu. Id-direzzjoni kienet tas-Surmast Mro.Mauro Farrugia. Il-preżentazzjoni kienet tas-Sur Karmenu D’Amato. Flimkien assistejna għal disa’ biċċiet mużikali mill-isbaħ flimkien qari letterarju w’ il-parteċipazzjoni tal-udjenza numeruża preżenti, permezz tal-kant.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia.

Robert Inguanez (66 of 110).jpg

Festa 2022

Armar

L-armar sinjur li jżejjen liż-Żurrieq fil-ġimgħat sbieħ ta’ Lulju. Grazzi lil Kummissjoni Armar fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq li tagħha huwa responsabbli dan it-tiżjin.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia.

Robert Inguanez (23).jpg

Il- Ħadd, 24 ta' Lulju 2022

Marċ tan-Nar

Il-Banda Queen Victoria A.D. 1865 akkumpanjat bid-daqq ta’ marċi brijużi, bi stil differenti mill-marċi l-oħra, lil pirotekniċi tal-Mount Carmel Fireworks Factory għal dan il-marċ mistenni fi tmiem il-festa. Il-kantant Kevin Borg għalaq dawn il-festi kbar bil-kant tal-Ave Maria.

Robert Inguanez (25).jpg

Il- Ħadd, 24 ta' Lulju 2022

Purċissjoni Bl-Istatwa

Purċissjoni bil-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu. Matul il-ħin inħaraq kull kwalita ta’ nar tal-Ajru. Ħadu sehem il-Baned Peace Naxxar, Re Ġorġ V Imqabba u La Vallette. Is-Sopran Marita Abdilla kantat l-Ave Maria mall-ħruġ tal-purċissjoni. Il-purċissjoni kienet il-ħin kollu akkumpanjata minn ħafna fratelli u devoti tal-Madonna. Lejn l-aħħar l-Arċipriet il-Kan Dun Karm Mercieca għamel ħsieb spiritwali minn fuq iz-zuntier.

Robert Inguanez (11).jpg

Il- Ħadd, 24 ta' Lulju 2022

Marċ ta' Tradizzjonali ta' Filgħodu

Marċ Tradizzjonali ta' Filgħodu mill-Banda Queen Victoria A.D.1865 li jilħaq il-qofol tiegħu f' Misraħ ir-Repubblika.

Robert Inguanez (2).jpg

Il-Ġimgħa, 22 ta' Lulju 2022

Marċ mill- Banda Queen Victoria u mill- Banda San Ġużepp

Marċ Grandjuż tal-Ġimgħa akkumpanjat f' 'Massed Band' mill-Banda Queen Victoria kif ukoll mill-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun u spettaklu mill-Versatile Brass Band, Mariah Spiteri u l-Mount Carmel Fireworks Factory.

Robert Inguanez-6831.jpg

Il- Ħamis, 21 ta' Lulju 2022

Marċ mill- Banda San Lawrenz u mill- Banda San Mikiel

Marċ Grandjuż tal-Ħamis akkumpanjat mill-Banda ta' San Lawrenz tal-Birgu kif ukoll mill-Banda San Mikiel ta' Ħaż-Żabbar u Show tal-karti, sinkronizzat mad-dawl u l-mużika.

RI (8).jpg

L- Erbgħa, 20 ta' Lulju 2022

Programm Vokali u Strumentali

Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Queen Victoria A.D.1865. Il-programm inkluda varjeta' ta' mużika. Ħadet sehem is-solista Karissa Bugeja, l-kantanta Dorothy Bezzina u l-Mount Carmel Fireworks Factory. F'nofs il-programm inghataw xi rikonoxximenti w'intqalu xi diskorsi. Ippreżenta l-programm is-Sur Alfred Camilleri.

Robert Inguanez-5340.jpg

It-Tlieta, 19 ta' Lulju 2022

Marċ mill-Banda San Ġorġ ta' Bormla

Marċ brijuż mill- Banda San Ġorġ ta' Bormla

Marċ tat-Tnejn by Angelo Caruana  (29).jpg

It-Tnejn, 18 ta' Lulju 2022

Marċ mill-Banda Lourdes tal-Qrendi

Marċ brijuż mill-Banda Lourdes tal-Qrendi.

DSC_1350.jpg

Il-Ħadd, 17 ta' Lulju 2022

Ħruġ min-Niċċa

Mumenti mill-isbaħ mill-inawgurazzjoni ta' bandiera ġdida, regalata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani, kif ukoll il-ferħ waqt il-ħruġ tal-Istatwa artistika tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa, bl-akkumpanjament tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865 taħt it-tmexxija tas-Surmast Mauro Farrugia.

12.jpg

Il-Ġimgħa, 15 ta' Lulju

BBQ Grandjuż - Kummissjoni Armar

Atmosfera festiva f'Misraħ ir-Repubblika. Attendenza kbira ddevertiet ruħha mal-kantant Kevin Borg u Bandisti tal-Banda Queen Victoria. Kien hemm ħafna raffles, 2 features, ikel, xorb u deżerta mill-aqwa. Ġiet inawgurata statwa ġdida mill-Kummissjoni Armar.

36.jpg

Il-Ħamis, 14 ta' Lulju

Programm Mużikali - Mro. Alfred Farrugia

Programm Mużikali fi tmiem il-kariga ta’ Mro. Alfred Farrugia bħala surmast tal-Banda Queen Victoria.
Waqt is-serata rajna lis-Surmast Mro. Alfred Farrugia jgħaddi l-bakketta lil ibnu Mro. Mauro Farrugia, is-Surmast preżenti tal-Banda Queen Victoria.

Robert Inguanez-3429.jpg

Il-Ħadd, 10 ta' Lulju 

Festa Karmelitana mit-Tfal għat-Tfal

Atmosfera ta' festa!
Manifestazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, bis-sehem ta' diversi tfal u l-Banda Queen Victoria. It-tfal ippreżentaw fjura lill-Madonna u wara sar festin fil-każin.

Robert Inguanez-3254.jpg

Is-Sibt, 9 ta' Lulju

Inawgurazzjoni tal-Pedestall

Inawgurazzjoni tal-Pedestall tal-Inkurazzjoni, f'Misraħ Mattia Preti mill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President Emeritus bis-sehem tal-Banda Queen Victoria A.D.1865.

Robert Inguanez-07-66.jpg

Il-Ġimgħa, 1 ta' Lulju

BBQ Kbir

BBQ kbir imtella mill- Kummissjoni Nar, ġewwa Misraħ ir- Republika

07.jpg

Il-Ħadd, 26 ta' Ġunju

Fiera Tradizzjonali

Fi Triq Don Carlo De Giovanni Inglott.
 

Lejla Karmelitana 22 by Angelo Caruana (78).jpg

Is- Sibt, 25 ta' Ġunju

Lejla Karmelitana

Organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani A.D.1993 bis-sehem ta' diversi kantanti, Lee, Sergio u Dj Maċis.
Fi Triq Don Carlo De Giovanni Inglott.

 

Robert Inguanez.--24.jpg

L- Erbgħa, 01 ta' Ġunju

L-Aħħar Erbgħa - Quddiesa u Marċ

Quddies u marċ ta' l- Aħħar Erbgħa bis- sehem tal- Banda Queen Victoria A.D.1865

Robert Inguanez.--44.jpg

Il-Ħamis, 21 t'April 2022

Parents Day Celebration Concert

Il-fuq minn 35 student aljiev jesebixxu it-talenti mużikali tagħhom fil-Parents Day Celebration Concert fis-sala Madonna tal-Karmnu Kull student interpreta biċċa mużikali bl-istrument tiegħu/ tagħha. Fi tmiem is-serata il-mużiċisti tal-‘Freshman Project’ esegwew biċċiet mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro.M.Farrugia.

Robert Inguanez.--56.jpg

L- Erbgħa, 20 ta' April

Sehem fil- Malta International Fireworks Festival

Spettaklu ta' nar sinkronizzat mal-mużika fil-port il-kbir. Wirja mill-isbaħ maħduma kollha mill-pirotekniċi fi ħdan il-Mount Carmel Fireworks Factory taż-Żurrieq li ser tkun qed tikkompeti ma' kmamar tan-nar lokali kif ukoll internazzjonali

Robert Inguanez-5673.jpg

Mit-8 sas-17 t' April

Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa

Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa mtella' mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Għaqda fis-Sala Madonna tal-Karmnu

Robert Inguanez-6120.jpg

It- Tlieta, 12 ta’ April 2022

Kunċert fil-Knisja ta' San Mark ir-Rabat

Kunċert fil-Knisja ta' San Mark ir-Rabat mill- ensamble tal-Banda Queen Victoria A.D.1865

Robert Inguanez-5828.jpg

Il-Ħadd,10 t'April 2022

Kunċert Annwali ta' Ħadd il-Palm

Kunċert Annwali ta' Ħadd il-Palm mill Banda Queen Victoria A.D.1865

Robert Inguanez-5621.jpg

Il-Ħamis 7 t'April 2022

Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa

Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa mill- ensamble tal-Banda Queen Victoria A.D.1865

bottom of page